Bosta jinsabu maħsuda bil-mewt ta’ Jake Cutajar, żagħżugħ ta’ 21 sena li kellu kundizzjoni rari.
Jake kien magħruf sew għall-filmati live li kien jagħmel ta’ kuljum fejn kien jitlob għall-morda b’xandira diretta fuq Facebook flimkien mas-segwaċi tiegħu.
Jake kellu kundizzjoni li kienet tikkonsisti f’nuqqas ta’ ossiġnu fid-demm, liema kundizzjoni ma ppermettitlux imur jara lill-Papa għax ma setax jitla’ fuq l-ajruplan – xewqa kbira li hu kellu matul ħatju.
Fost il-bosta messaġġi ta’ dieqa, ħabib ta’ Jake kiteb kif ta’ spiss kien jisimgħu jitlob u kien jibda jitlob miegħu fejn spjega kif ma jistax jemmen li l-aħħar li segwih kellu jkun l-aħħar filmat tiegħu fuq Facebook.
Dun Deo Debona ta tislima liż-żagħżugħ Bormliż fejn qal kif hu stess kellu bżonn it-talb imma kien moħħu biex jagħti u mhux biex jieħu.