Ħarab lejn Dubai, għex l-Italja, arrestat fi Frankfurt
Neville Spiteri, ta’ 47 sena, tressaq quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud akkużat bi frodi f’każi li jmorru lura għal bejn Lulju 2006 u Novembru 2008. Il-prosekuzzjoni, immexxija minn Yvonne Farrugia, qalet li l-każi li huma serji u l-Qorti ma tatx il-ħelsien mill-arrest. Jirriżulta li fl-2009, meta Spiteri ħarab minn Malta, mar lejn Dubai u eventwalment mar jgħix l-Italja. Fl-aħħar jiem kien arrestat fi Frankfurt il-Ġermanja, wara li ħareġ mandat ta’ arrest ewropew. Il-qorti iffriżat l-assi kollha tiegħu, kemm dawk mobbli kif ukoll dawk imobbli.
Fil-qorti ntqal li raġel froda żewġ koppji u raġel f’negozju b’iktar €500,000.