Għall-ħabta tal- 05:30 ta’ dalgħodu raġel ta’ 32 sena residenti l-Fgura kien qed jaħdem fuq magna tal-pressa u din qabditlu jdejh.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.