Magna li tagħmel is-sinjali tat-toroq ħadet in-nar fi Triq Aldo Moro fil-Marsa. Il-każ ġara għall-ħabta tas-18.45.
Jidher li t-temperaturi għolja li jkollhom magni bħal dawn wasslu biex seħħ dan l-inċident.
Fuq il-post issejħu l-pulizija kif ukoll membri tal-protezzjoni ċivili li kkontrollaw is-sitwazzjoni.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Aktar dettalji malli jaslulna.