Iċ-Ċerpersin tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, ippreżentat magna tal-X Ray lill-isptar Mater Dei biex tintuża għat-trattament tal-kanċer.
Il-fondi għal din iI-magna, li tiswa madwar €60,000, inġabru mill-kampanja Pink October li saret f’Ottubru tas-sena li għaddiet.
Matul il-preżentazzjoni ntqal li din il-magna se tkun qed tagħti riżultat f’temp ta’ ftit minuti meta qabel dan il-proċess kien idum madwar siegħa. Għaldaqstant, il-pazjenti li qed jieħdu dan it-trattament se jkunu qegħdin jingħataw inqas loppju filwaqt li r-riżultat joħroġ iżjed malajr.
Ritratt ta’ Fuq: DOI.