F’konferenza li tlaqqgħet f’Ġinevra, fl-Iżvizzera ntgħażel il-Gvern temporanju ta’ għaqda nazzjonali li se jwassal biex f’Diċembru li ġej isiru elezzjonijiet ħielsa fil-Libja.
Wara ħamest ijiem ta’ diskussjonijiet, il-Libja għażlet lil Abdul Hamid Mohammed Dbeibah bħala Prim Ministru u Mohammed Al-Menfi bħala il-President tal-Kunsill tal-Presidenza Libjana.