Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, saru l-kompetizzjonijiet tal-kategoriji tat-Table Football kif ukoll in-‘Knock Out’ nazzjonali fejn ġew magħrufa c-‘champions’ nazzjonali tal-kategoriji rispettivi tagħhom.
Fil-kategorija tal-‘Under 16’, Jayden Bonnici hareġ rebbieħ wara li għeleb lil Robert Farrugia Randon fil-partita deċiżiva.
Fil-kategorija tal-‘Under 20’, kien Robert Farrugia Randon li rebaħ dan it-titlu wara li spicca fl-ewwel post tal-klassifika fuq Jayden Bonnici u Thomas Ebejer.
Fil-kategorija tal-Veterani, Jason Pisani rebaħ il-ħames titlu tiegħu f’din il-kategorija wara li għeleb lil Joseph Mifsud fil-finali.
Fin ‘Knock Out’ nazzjonali, Samuel Bartolo rnexxielu jiddefendi t-titlu tiegħu wara li għeleb lil Mark Gauci fil-finali. George Ebejer u Massimo Cremona kienu s-semifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni.
Apparti t-titli nazzjonali, dawn il-plejers ukoll rebħu d-dritt li jirrapreżentaw lil-Malta fil-kampjonati Ewropej li ser isiru f’pajjiżna f’Settembru li ġej.
L-appuntament maġġuri li jmiss għall atleti Maltin isds jkun il-‘major’ ta’ Mons ġewwa l-Belġju fi’ żmien ġimgħatejn, liema vjaġġar ikompli jkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.