L-ewwel edizzjoni tal-BOV Golf Monthly Medal 2022 saret fir-Royal Malta Golf Club fil-Marsa. Din il-kompetizzjoni hija waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi fil-Kalendarju tal-RMGC li ssir fuq is-sistema ta’ skor ta’ Medal Play.
Medal Play huwa verżjoni tal-golf fil-forma l-aktar sempliċi tiegħu fejn in-numru totali ta’ strokes jingħadd fuq round wieħed ta’ 18-il hole u r-rebbieħ huwa l-plejer bl-inqas numru ta’ strokes matul ir-rawnd kollu b’kont meħud tal-iżvantaġġ ta’ kull plejer.
Il-parteċipanti kollha ppreżentaw l-iscorecards tagħhom bir-rebbieħa ġew determinati mill-kumitat organizzativ waqt li l-parteċipanti kienu qed jieklu.
Andrew Naudi ħareġ bħala r-rebbieħ tal- Ewwel Diviżjoni waqt li Stewart Davies rebaħ il-midalja għat-Tieni Diviżjoni u Leslie White għat-tielet Diviżjoni.
Stefan Abela mid-diviżjoni tas-CSR tal-BOV ippreżenta l-midalji lill-ewwel tliet plejers f’kull diviżjoni. “L-appoġġ tal-Bank of Valletta għal inizjattivi sportivi ewlenin f’Malta u Għawdex ġej mill-impenn tiegħu lejn is-Saħħa u l-Benessere, bħala parti mill-miri tiegħu relatati mal-ESG,’ qal is-Sur Abela. ‘Aħna kburin li nappoġġaw din id-dixxiplina sportiva li tiddependi fuq l-integrità tal-plejers fuq bażi individwali.”
L-aqwa tliet plejers f’kull diviżjoni kienu dawn:
L-Ewwel Diviżjoni
1st Andrew Naudi
2nd Martin Azzopardi
3rd Sam Broderick
1st Stewart Davies
2nd Victor Denaro
3rd Panos Baltzis
It-Tielet Diviżjoni
1st Leslie White
2nd George Isles
3rd David Mansfield