Raġel qiegħed fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu kien involut f’ħabta bejn xarabank u vann f’San Ġiljan.
L-aċċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn xarabank misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Marsaskala u vann Ford Tourneo Courier misjuq minn mara ta’ 39 sena residenti n-Naxxar.
Ix-xufier tax-xarabank ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. Il-mara tal-vettura l-oħra ma weġġgħetx.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia ġie informat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.