Ingħalqet il-kawża kontra l-Prim Ministru, li l-għaqda Repubblika u Jason Azzopardi kienu fetħu dwar il-ħatriet tal-ġudikanti f’pajjiżna.
Huma kienu kostretti jċedu din il-kawża fil-Qrati Maltin wara li fl-aħħar ġimgħat tilfu l-każ fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Kien fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li daħal rikors li fih intqal li din il-kawża issa qed tkun irtirata.
Fl-aħħar snin, il-Gvern Malti implimenta riforma fil-mod kif jinħatru l-ġudikanti fejn fi stadji differenti saret riforma li naqset is-saħħa tal-politiku, bil-Prim Ministru Robert Abela jerħi għal kollox minn idejh is-setgħa li jaħtar il-ġudikanti.
Iżda, minkejja dan, Jason Azzopardi u Repubblika xorta waħda ħadu lill-Gvern Malti l-Qorti u ftit tal-ġimgħat ilu, il-Qorti Ewropea tat deċiżjoni ċara favur il-Gvern Malti.
Flimkien ma’ dawn il-kawżi, esponenti ewlenin tal-istess grupp ħadu ħsieb jiktbu kemm jifilħu artikli bl-Ingliż bil-għan li jagħmlu kemm jista’ jkun ħsara lill-pajjiżna iżda, d-deċiżjonijiet tal-Qrati kienu differenti mill-argumenti li ġabu huma, biex issa Jason Azzopardi kien kostrett jiffirma rikors li jirtira l-kawża.