Il-maġġoranza tal-produtturi Maltin jilqgħu is-sejħa biex jipparteċipaw fl-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards li ser jittellgħu fid-29 ta’ Jannar 2022 bit-tema “Celebrating Our Story”.
80 produttur, 60 direttur u 340 attur għażlu li jkunu l-protagonisti fil-Malta Film Awards ta’ l-2022. F’din l-ewwel edizzjoni ser ikunu qed jipparteċipaw ukoll numru kbir ta’ crew f’dipartimenti differenti, fosthom fil-hair u make up; kostumi u ċinematografija; kif ukoll fil-qasam ta’ editing, sound u VFX.
B’kollox gew sottomessi 72 proġett lokali – fil-forma ta’ films, serje televiżivi, dokumentarji kif ukoll films qosra.
Dan l-avveniment ser jiċċelebra t-talent u l-kreattività fl-industrija lokali tal-films u t-televiżjoni matul din l-istorja ta’ suċċess f’pajjiżna.
Il-Kummissjoni Maltija tal-Films tinsab sodisfatta bir-rispons mill-maġġoranza tal-produtturi Maltin għal din l-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards.
Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech stqarr kif l-għaqda dejjem tirbaħ u kif illum l-maġġoranza tal-producers Maltin laqgħu għas-sejħa tagħna biex jiċċelebraw l-istejjer tagħhom.
Hu spjega kif din hija storja ta’ success u jinsab kburi bl-istorja ta’ kull min ipproduċa u ssottomessa l-applikazzjoni għall-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards.