Global Traveler Magazine, iddedikata il-faċċata ta’ quddiem tal-magazine, tal-ħarġa ta’ Settembru dwar pajjiżna. B’xenarju mill-isbaħ ta’ Blue Lagoon, l-magazine iddeskriva lil pajjizna bħala “Mediterranean Magic.”
Il-Magazine ddedika tliet paġni dwar Malta u postijiet ta’ interess li turist jista’ jiġi jżur f’pajjiżna. Ta dettalji dwar l-istorja ta’ pajjiżna u x’attivitajiet isiru f’din il-gżira maġika.
Aktar minn 343,020 jaqraw dan il-magazine. Ħafna minnhom turisti ta’ kwalità li jkollhom interess ta’ negozju u safar.