Waqt żjara li l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, immexxija mid-Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit Chris Cardona, għamlet fl-ispiżerija tal-isptar Mater Dei, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li bħalissa m’hemm l-ebda mediċina li hija out of stock fl-entitajiet kollha tas-saħħa, inkluż fl-iskema tal-POYC, l-isptar Mater Dei u l-isptar San Vinċenz.
Il-Ministru Fearne fakkar kif f’Marzu 2013 kien hawn ‘l fuq minn 180 mediċina out of stock fl-iskema Pharmacy of your choice u madwar 200 mediċina out of stock fl-isptar Mater Dei. Illum dan kollu spiċċa fejn permezz ta’ sistemi ġodda, fejn isirstock taking u alert systems kull xahar, li jinnotifikaw jekk mediċina tkun waslet biex tispiċċa, m’hemmx medċini li huma out of stock. Chris Fearne qal li minkejja dawn ir-rizultati pożittivi xorta waħda se tissokta l-ħidma u saħanistra jsir aktar titjieb fosthom permezz ta’ sistemi aktar professjonali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ IT.
Fl-aħħarnett il-Ministru għas-Saħħa tkellem ukoll fuq it-tqassim tal-mediċini għall-anzjani fid-djar fejn l-ewwel lokalitajiet li bdew b’din is-sistema kien hemm Raħal Ġdid u r-Rabat. Issa din is-sistema se tkun estiża f’lokalitajiet oħra temm jgħid Dr Fearne.
Min-naħa tiegħu d-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona qal li bħala Amministrazzjoni tal-Partit Laburista huma impressjonati bix-xogħol tajjeb li sar, fejn fi ftit żmien issolviet problema li kienet qed tagħmel ħsara lit-tessut tas-soċjetà, dik tal-mediċini out of stock. Dr Cardona qal li issa jħares ‘il quddiem għas-sistema tal-automation f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tqassim ta’ mediċini.
Fl-aħħarnett id-Deputat Mexxej Laburista rringrazzja lill-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa, settur li huwa indispensabbli.
Jakkumpanjaw lid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona kien hemm il-President tal-Partit Daniel Micallef, is-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali Lydia Abela u s-Segretarju Organizattiv William Lewis.
https://www.youtube.com/watch?v=rnuQF8RFuF0