Fi Franza l-iskejjel primarji fetħu l-bibien tagħhom b’numru żgħir ta’ studenti. Filwaqt li ħwienet tal-ħwejjeġ, tal-kotba, tal-fjuri u tax-xagħar ser jerġgħu jiftħu.
Ristoranti, ċinemas u stabbilimenti tad-divertiment ser jibqgħu magħluqa.
Fil-Belġju diversi negozji ser jerġgħu jiftħu mil-lum filwaqt li tiġi pprattikata d-distanza.
L-Olanda u l-Isvizzera isegwu l-passi ta’ Franza u jiftħu l-iskejjel ukoll. Bl-Isvizzera tiftaħ ukoll ir-ristoranti, l-ħwienet tal-kotba u l-mużewijiet.
F’diversi reġjuni fi Spanja ġemgħat sa massimu ta’ 10 min-nies ser jitħallew filwaqt li spazji miftuħa oħra ser jiftħu wkoll.
Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Boris Johnson ħabbar il-pjan tiegħu għal Londra rigward it-tnaqqis tal-lockdown, li ser jiskatta minn nhar il-Erbgħa li ġej, fejn ħa jħalli lin-nies jqattgħu aktar ħin barra mid-dar.
Fid-Danimarka u fil-Polonja l-istabbilimenti tax-xiri u l-lukandi ser jiftħu minn din il-ġimgħa.
Pajjiżi Ewropej oħra bħal Ġermanja, l-Awstrija u l-Italja ukoll bdew jillaxkaw uħud mir-restrizzjonijiet tagħhom.