Minn tal-inqas 73 persuna nqatlu u 110 oħra sfaw midruba wara splużjoni ta’ tanker tal-fjuwil fil-Punent ta’ Mozambique.
Sa issa għadhom mhumiex ċari c-cirkustanzi tal-isplużjoni li seħħet il-Ħamis waranofsinhar f’villaġġ fil-provinċja ta’ Tete.
Wħud mir-rapporti qed jgħidu li x-xufier tat-tanker kien qed jipprova jbigħ il-fjuwil lin-nies tal-villaġġ.
Rapporti oħra jgħidu li l-isplużjoni nnifisha jista’ jkun kienet ikkawżata minn sajjetta jew xi nirien fil-qrib.