Il-lejl li għadda, aktar minn 60,000 persuna marru l-Belt Valletta sabiex jilqgħu s-sena l-ġdida, l-2025.
Fi Pjazza San Ġorġ kien hemm spettaklu mill-isbaħ, kemm minn artisti lokali u barranin. Fosthom Ira Losco, Red Electric, Shaun Farrugia u Cascada.
Għat-tokki ta’ nofsillejl, li bdiet is-sena l-ġdida, kien hemm il-countdown bi projezzjonijiet fuq il-faċċata tal-Palazz tal-Gran Mastru u kien hemm briju mill-isbaħ. Dan filwaqt li hemm xow tan-nar fil-Port il-Kbir, li ta merbħa lis-sena 2025.
Dan l-avveniment annwali sar mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.


