Madwar 60 ħaddiem mid-Divizjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni bħalissa jinsabu f’ġirja kontra l-ħin sabiex ineħħu l-periklu mit-toroq Maltin ikkawzat mill-Maltemp li bħalissa qed jaħkem lill-gzejjer Maltin.
Id-direttur generali ta’ l-istess Direttorat, Ramon Deguara qal dan waqt operazzjoni ta’ tindif fi Triq l-Imdina fir-Rabat wara li l-irjieħat qawwija qalgħu numru ta’ sigar b’riżultat li spiċċaw f’nofs it-triq u kienu ta’ periklu għas-sewwieqa Maltin. Ta’ min jgħid ukoll li l-istess triq bħalissa tinsab magħluqa hekk kif hemm ammont kbir ta’ siġar imqacctin li qed jimblukkaw l-aċċess kemm lejn ir-Rabat u l-Imdina u kif ukoll fid-direzzjoni lejn Ħat Attard.
Ma’ One News id-Direttur Ġenerali faħħar il-ħidma siewja ta’ dawn il-ħaddiema li qed jiffrekwentaw maltemp mill-iktar ikrah. Madankollu Deguara tenna li s-sigurtá tal-ħaddiema flimkien mas sigurtá tal-pubbliku bħalissa hija l-ogħla prijorita. Huwa appella sabiex il-ħaddiema jużaw il-miżuri kollha ta’ protezzjoni sabiex jiġu evitati inċidenti serji filwaqt li saħaq sabiex il-pubbliku jibqa’ ġewwa u jevita milli jiffrekwenta t-toroq Maltin, sakemm jgħaddi l-Maltemp u jitneħħa l-periklu kollu.