F’Jum il-Milied, madwar 500 persuna attendew għall-Ikla tal-Milied annwali li tkun organizzata mill-Caritas, fil-Kurja fil-Furjana.
Din l-ikla li ilha ssir mill-2015, għandha l-għan li tnaqqas is-solitudni f’dan iż-żmien festiv.
Madwar mitt voluntier għenu biex din l-ikla annwali ssir.
Żaru din l-ikla tal-Caritas, fost l-oħrajn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Dr Abela sostna li fil-Milied dejjem iqatta’ ħin mal-persuni li jattendu għall-ikla organizzata mill-Caritas. Il-Prim Ministru tenna li l-ġid li qed jagħmlu dawn il-voluntiera hu imprezzabli.