Minn tal-inqas 50 suldat mill-Afganistan tilfu ħajjithom waqt attakk li sar minn għadd ta’ Talibani, fuq bażi militari f’Balkh.
Rapporti qed jgħidu li n-numru ta’ persuni mejta hu ferm aktar minn tmien persuni, it-total li kien inizjalment maħsub.
Il-militar sostna li l-attakk seħħ lbieraħ qrib moskea fil-bażi tal-militar, li jinsab fil-Belt ta’ Mazar-Sharif.
It-Talibani refgħu r-responsabbiltà għal dan l-attakk.