Madwar 30,000 persuna din il-ġimgħa attendew għall-kunċert SummerDaze.
Ħabbar dan permezz ta’ Facebook, il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo.
Għal dan il-kunċert kien hemm bosta artisti internazzjonali li taw prestazzjoni mill-isbaħ fosthom Sam Smith, Becky Hill u kif ukoll l-artist Malti, Shaun Farrugia.
Il-Ministru Bartolo spjega kif għal darb’oħra rajna kif dan il-festival serva ta’ opportunità għal artist Malti sabiex juri t-talenti tiegħu. Sostna kif dan kien avveniment ieħor ta’ suċċess li jkompli jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna b’mod partikolari f’din l-industrija.