Madwar 200 tabib qegħdin jitolbu vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM.
Fl-ittra li qegħda f’idejn ONE News, il-grupp ta’ tobba talab sabiex, fi żmien għaxart ijiem, titlaqqa’ laqgħa straordinarja sabiex ikunu indirizzati l-azzjonijiet li ttieħdu mit-tmexxija tal-unjin. Fost l-oħrajn, f’din l-ittra tissemma kif hemm nuqqasijiet fit-tmexxija tal-assoċjazzjoni.
Dan il-vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tal-assoċjazzjoni, tal-President Martin Balzan, qed issir f’perjodu li l-MAM ordnat direttivi biex it-tobba jieqfu jittrasferixxu pazjenti fl-isptarijiet privati biex jirċievu kura u jsiru xi operazzjonijiet.
B’dawn id-direttivi saru għax intqal li ma kienux ikkonsultati wara li l-Ministru għas-Saħħa ħabbar l-outsourcing ta’ servizzi mediċi għal pazjenti, fi ftehim bejn il-Gvern u tliet sptarijiet privati.