Il-Pulizija Maltija irringrazzjat pubblikament fuq facebook lil dawk kollha li rrispondew għat-talba li saret ilbieraħ biex jingħata d-demm.
Madwar 200 persuna rrispondew għal din it-talba u taw id-demm fil-bank nazzjonali tad-demm li jinsab fi Gwardamangia.
L-appell għall-għoti tad-demm għadu miftuħ u wieħed jista’ jagħmel dan kuljum bejn it-8.00am u s-18.00.