Kważi 118,000 persuna niżżlu l-vouchers b’mod diġitali.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri fuq il-paġna ta’ Facebook, fejn saħaq ukoll li l-vouchers stampati ser jibdew jintbagħtu bil-posta lil dawk il-persuni kollha li huma eliġibbli u ma niżżluhomx permezz tal-app.
Intant, minn għada 7 ta’ Ġunju dawk li għandhom sittax-il sena jew aktar jistew jibdew isarrfu l-vouchers tal-mitt ewro fl-istabbilimenti, akkomodazzjonijiet u ħwienet f’Malta u Għawdex.
Dan b’investiment massiċċ li għamel għat-tieni darba Gvern Laburista b’investiment ta’ €50,000,000.