L-istilla mondjali, Madonna tisħaq li l-ġimgħa l-oħra ttestjat fil-pożittiv għal “Coronavirus antibodies”. Madonna iċċarat li hi issa fieqet u tgħid li kienet infettata madwar seba’ ġimgħat ilu.
Fuq is-sit soċjali ta’ Instagram il-kantanta qalet li hija probabbilitá li kienet infettata bil-Coronavirus waqt li kienet qiegħda ddur id-dinja ddoqq il-mużika tagħha aktar kmieni din is-sena.
Din il-mawra mondjali tagħha bdiet lura fl-2019 iżda kellu jieqaf qabel iż-żmien minħabba l-pandemija meta Pariġi pprojbiet ġemgħat ta’ aktar minn 1,000 persuna biex tnaqqas il-firxa tal-COVID-19.