Il-kantanta famuża Madonna ħasret tliet kunċerti tagħha f’Boston, minħabba uġigħ kbir. Dan qalitu Madonna stess f’kitba fuq Facebook u hija qalet lis-segwaċi tagħha biex jiskużawha.
Fil-kitba tagħha hija kompliet tgħid li hija tieħu gost tagħmel il-kunċerti kull filgħaxija, iżda minħabba l-uġigħ li għandha u minħabba l-ordni tat-tabib hija se jkollha tħassar dawn it-tliet kunċerti.
Il-kantanta ma qalitx x’inhi l-kundizzjoni medika tagħha. F’dan l-aħħar xahar, il-kantanta f’San Francisco qalet li hija kellha uġigħ f’irkuptejha.