Il-kantanta Madonna tefgħat stampa fuq Instagram tagħha flimkien ma’ tewmin bniet mill-Malawi. Qalet li l-proċess ta’ addozzjoni tat-tfal issa huwa lest u tinsab kuntenta li issa l-bniet huma parti mill-familja tagħha.
“Ninsab grata mmens lejn dawk in-nies mill-Malawi li għenu biex dan ikun possibbli” kitbet Madonna, filwaqt li appellat biex ikollha l-privatezza tagħha f’dan iż-żmien tranżitorju.
Madonna diġà għandha żewġt’itfal oħra mill-Malawi: David li addottatu fl-2006, u Mercy fl-2009.