Tliet snin xogħol ta’ restawr fuq ix-xbieha tal-Madonna fis-Santwarju tal-Mellieħa, wassal għal numru ta’ skoperti.
Bħal ngħidu aħna l-id il-leminija tal-Madonna u s-saba’ l-kbir, minkejja li l-kumplament tal-id kienet mitlufa. Biss dan is-saba’ misjub juri li l-Madonna kienet qiegħda tipponta lejn Ġesu.
Għaldaqstant, qed tiġi interpretata li l-Madonna qed turi t-triq. Għal min hu intiż fl-istorja u fl-arti, ix-xbieha għandha sinnifikat kbir. U għal min jemmen, ukoll, għal raġunijiet aktar spiritwali.
F’din l-intervista l-Arċipriet Joe Caruana jelabora dwar is-sejbiet interessanti. Tkellimna miegħu fid-dawl li ġiet inawgurata mill-ġdid ix-xbieha tal-Madonna fuq il-blat tal-għar fis-Santwarju tal-Mellieħa.
https://www.youtube.com/watch?v=Sz0BcW77JqA