Ftit aktar minn 19,000 persuna gawdew mill-iskema tal-first-time buyers li introduċa l-Gvern seba’ snin ilu.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt business breakfast mal-imsieħba soċjali, intraprendituri u istituzzjonijiet oħra, bit-tema ‘Insostnu Tkabbir Inklussiv’.
Meta kien qed jitkellem dwar id-dokument ta’ qabel il-baġit għall-2020, il-Ministru Scicluna qal li dwar l-iffrankar tat-taxxa tal-boll fuq ix-xiri tal-ewwel proprjetà tagħhom il-pajjiż swietu 11-il miljun ewro fis-sena iżda tat stimulu qawwi lill-ekonomija Maltija.
Dwar l-iskema tax-xiri tat-tieni proprjetà, il-Ministru għall-Finanzi qal li din għadha trid taqbad iżda kważi 500 persuna bbenefikaw minnha, bi spiża ta’ 8,000 ewro fis-sena għall-pajjiż.
Il-Ministru Scicluna ta elenku għal numru ta’ miżuri oħra li għenu mhux ftit lill-familji Maltin u Għawdxin.
Qal li mill-iskema tat-tnaqqis tat-taxxa tal-boll minn 5% għal tnejn fil-mija ta’ dawk li jixtru propjetà f’Għawdex ukoll gawdew l-eluf.
Semma kif ir-rifużjoni tat-taxxa affettwat b’mod pożittiv lil 210,000 ruħ f’Malta, bi spiża ta’ aktar minn 11-il miljun ewro.
Semma kif is-servizz taċ-childcare b’xejn ta għajnuna lil 21,000 ġenitur u servizz lil kważi 16,000f tifel u tifla.
F’dan il-kuntest il-Ministru għall-Finanzi qal li Malta rnexxielha tagħmel qabża impressjonanti u tilħaq il-medja Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mar-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol.
It-tfal u l-familji tagħhom gawdew ukoll mit-trasport b’xejn għall-iskejjel.
Din swiet lil pajjiż kważi għoxrin miljun ewro fis-sena.
Qal li t-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, wegħda li l-Gvern ta’ GonziPN ma wettaqx, il-Gvern Laburista niżżel saħansitra r-rata minn 35% għal 25% u b’hekk laqat b’mod pożittiv lil 50,000 persuna.
Il-pensjonanti wkoll intlaqtu b’mod pożittiv minn ħelsien mit-taxxa jew tnaqqis fir-rata tat-taxxa.
Semma wkoll il-bonds ta’ 62+ fejn kważi ħamsa u għoxrin elf anzjan u anzjana ntlaqtu b’mod tajjeb, bi spiża għall-pajjiż ta’ iktar minn 3 miljun ewro fis-sena.
Quddiem l-imsieħba soċjali, il-Ministru Scicluna rrimarka li hija ta’ sfida biex tamministra u żżomm ir-ritmu tas-suċċess ekonomiku li nħoloq.
Il-Ministru Scicluna stqarr li “Għandek challenges sew jekk it-toroq, il-konġestjonijiet, jibdew telgħin, l-ambjent il-klima. Jiġifieri dawn huma issa kif inti issa timmaniġja s-suċċess.”
Il-Ministru għall-Finanzi qal li l-Gvern mhux biss qed iwettaq riformi soċjali iżda anki istituzzjonali.
Qal li l-Gvern għaddej bi proċess li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-MoneyVal u tal-Kummissjoni Venezja.
Saħaq li s-surplus li qed jirreġistra l-pajjiż mhux ġej strettament mid-dħul li l-pajjiż qed idaħħal mill-programm taċ-ċittadinanza b’investiment.
Hu tenna li “L-Ewropa qed tgħidilna li potenzjalment nistgħu nkabbru l-ekonomija b’aktar minn ħamsa fil-mija, matul is-sena li ġejja”, saħaq il-Ministru Scicluna.
Dan filwaqt li l-Gvern kompla jnaqqas id-dejn nazzjonali u issa huwa 46% tal-prodott domestiku gross u mistenni jkompli nieżel taħt it-33%.
Il-Ministru spjega wkoll kif żdiedet l-esportazzjoni tas-servizzi fosthom fis-setturi tal-gaming u finanzjarji.
Dan filwaqt li l-esportazzjoni tal-manifattura naqset marġinalment.
Il-Ministru Scicluna ta elenku għal numru ta’ miżuri li għenu mhux ftit lill-familji Maltin u Għawdxin.
Semma kif ir-rifużjoni tat-taxxa affettwat b’mod pożittiv lil 200 u 10 t’elef ruħ f’Malta, bi spiża 11-il miljun ewro u nofs.
Semma kif is-servizz taċ-childcare b’xejn ta għajnuna lil wieħed u għoxrin elf ġenitur u servizz lil kważi sittax-il elf tifel u tifla.
F’dan il-kuntest il-Ministru għall-Finanzi qal li Malta rnexxielha tagħmel qabża impressjonanti u tilħaq il-medja Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mar-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fil-qasam tax-xogħol.
Qal li t-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, wegħda li l-Gvern ta’ GonziPN ma wettaqx, il-Gvern Laburista niżżel saħansitra r-rata minn 35% għal 25% u b’hekk laqat b’mod pożittiv lil ħamsin elf persuna.
Semma wkoll il-bonds ta’ 62+ fejn kważi 25,000 anzjan intlaqtu b’mod tajjeb, bi spiża għall-pajjiż ta’ 3.3 miljun ewro.
Quddiem l-imsieħba soċjali, il-Ministru Scicluna rrimarka li l-Gvern mhux biss qed iwettaq riformi soċjali iżda anki istituzzjonali.
Qal li l-Gvern għaddej bi proċess li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-MoneyVal u tal-Kummissjoni Venezja.
Saħaq li s-surplus li qed jirreġistra l-pajjiż mhux ġej strettament mid-dħul li l-pajjiż qed idaħħal mill-programm taċ-ċittadinanza b’investiment.
“L-Ewropa qed tgħidilna li potenzjalment nistgħu nkabbru l-ekonomija b’aktar minn 5%, matul is-sena li ġejja”, saħaq il-Ministru Scicluna.
Dan filwaqt li l-Gvern kompla jnaqqas id-dejn nazzjonali u issa huwa 46% u mistenni jkompli nieżel taħt it-33% fl-2022.
Il-Ministru spjega wkoll kif żdiedet l-esportazzjoni tas-servizzi fosthom fis-setturi tal-gaming u finanzjarji.
Dan filwaqt li l-esportazzjoni tal-manifattura naqset marġinalment.
Il-Ministru Scicluna saħaq li l-pajjiż kien f’sitwazzjoni li fl-2013 l-faqar kien qed jgħolli rasu.
Issa l-pajjiż irnexxielu jniżżel ir-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali minn 25% għal 19%.
Minkejja dan, il-Ministru Scicluna rrimarka li l-Gvern jibqa’ kawt u jħoss il-ħtieġa li jindirizza iżjed din ir-realtà b’għadd ta’ miżuri.