Il-partit ċentrist tal-President Franċiż Emmanuel Macron jidher fi triqtu biex jirbaħ rebħa kbira wara l-ewwel rawnd ta’ elezzjonijiet parlamentari.
Jidher li La République en Marche u MoDem preparati biex jirbħu mal-erba’ mija ħamsa u erbgħin siġġu fl-assemblea nazzjonali ta’ ħames mija sebgħa u sebgħin siġġu.
Il-partiti tradizzjonali qed iħeġġu lill-votanti biex jappoġġjaw lir-rivali ta’ Macron.
Ir-riżultat finali se jkun deċiż fit-tieni rawnd ta’ votazzjoni nhar il-Ħadd.