Il-President Franċiż Emmanuel Macron talab maħfra lill-popli tar-Rwanda dwar l-irwol ta’ Franza fil-ġenoċidju tal-1994 li fih mietu madwar 800,000 persuna.
Franza kienet qed tappoġġja l-Gvern immexxi mill-Hutu, fil-gwerra ċivili li kellohom kontra l-Gvern tat-Tutsi li kienet ilha għaddejja erba’ snin.
Macron qal li Franza għamlet żmien twil iżżomm siekta fuq dak li verament ġara. Minkejja li Franza ma ħaditx sehem f’dan il-qtil, huwa jħoss li għandu jitlob apploġija filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbilitajiet li kellu l-pajjiż li jmexxi fil-kunflitt.
Il-President Franċiż qal dan waqt li kien fil-monument iddedikat għall-vittmi tal-ġenoċidju li fih hemm madwar 250,000 vittma midfuna.
Intant il-President ta’ Rwanda Paul Kagame qal li kliem Macron huwa prezzjuż aktar minn appoloġija, u qal li dan il-ġest huwa wieħed ta’ kuraġġ min-naħa tal-President Franċiż.