Il-kandidat Ċentrist Emmanuel Macron rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali fi Franza.
Hekk kif ftit tal-minuti ilu għalqet il-votazzjoni l-indikazzjonijiet dehru ċari mal-ewwel u jidher li Macron għeleb lill-kandidata tal-lemin estrem Marine Le Pen.
Qed ikun stmata li Macron kiseb ftit aktar minn ħamsa u sittin fil-mija tal-voti mixħuta fit-tieni rawnd tal-elezzjoni Presidenzjali.