Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, innomina lil François Bayrou bħala Prim Ministru.
Bayrou li għandu tlieta u sebgħin sena huwa l-Mexxej tal-Partit taċ-ċentru Moviment Demokratiku u alleat tal-President Franċiż , se jkun qed ikompli fejn ħalla l-eks Prim Ministru Franċiż Michel Barnier li tilef vot ta’ fiduċja fl-4 ta’ Diċembru.
Intant, fil-ġranet li ġejjin mistenni li jiġi żvelat il-kabinett il-ġdid li flimkien miegħu mistenni jaffaċċja l-isfidi marbuta mad-dħul tal-baġit għas-sena d-dieħla li wassal biex waqqa’ l-Gvern preċedenti.