Il-kampanja elettorali tal-kandidat Franċiż għall-elezzjoni Presidenzjali Emmanuel Macron qalet li kienet fil-mira ta’ attakk kbir ta’ hacking.
Dan wara li l-maġġoranza tad-dokumenti ġew ippubblikati fuq l-internet. Il-kampanja elettorali qalet li għadu mhux magħruf jekk dan il-hacking kellux fil-mira tiegħu lil Marcon. Huwa mifhum li flimkien ma’ dawn id-dokumenti ġenwini ġew imxerrda ukoll fuq l-internet dokumenti foloz.
Il-Ħadd se tkun qed issir il-votazzjoni, biċ-ċittadini jagħżlu bejn Macron u l-kandidat tal-lemin estrem Marine Le Pen.
Id-dokumenti ta’ Macron inħarġu l-Ġimgħa mat-tokki tal-għeluq tal-kampanja elettorali. Dan ifisser li Emmanuel Macron issa ma jistax jippubblika stqarrijiet biex iwieġeb għal dan l-attakk. Iżda l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika xorta qed jindika li Macron għandu vantaġġ ta’ 20% fuq Le Pen.