Il-President Franċiż Emmanuel Macron ikkritika dimostranti li kienu nvoluti fi ġlied mal-pulizija f’Pariġi waqt protesti b’rabta maż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil.
Fuq Twitter, Macron qal li dawk li attakkaw lill-pulizija misshom jistħu. Sostna li ma hemmx post għal vjolenza fir-Repubblika Franċiża.
Dan hekk kif is-Sibt kien hemm kaos f’Champs-Elysees hekk kif il-pulizija użaw gass tad-dmugħ u kanun tal-ilma sabiex jifirdu lid-dimostranti.
Il-protesti ġew imlaqma mill-moviment yellow vests bħala t-tieni parti ta’ kampanja li bdiet ġimgħatejn ilu.