Il-President Franċiż Emmanuel Macron stqarr li l-Gvern Franċiż ma kellux x’jaqsam fl-arrest tal-Kap Eżekuttiv ta’ Telegram, Pavel Durov.
Permezz ta’ kitba fuq il-pjattaforma X, Macron rreaġixxa għal informazzjoni li bdiet tinxtered, hekk kif saħaq li l-arrest tiegħu ma kienx wieħed b’mottivi politiċi.
Durov kien arrestat f’Pariġi mill-awtoritajiet Franċiżi wara li nħareġ mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu mill-Awtorità għall-Protezzjoni tat-Tfal Franċiża, OFMIN. Din l-awtorità akkużawh li l-pjattaforma li jmexxi, Telegram, falliet milli tiġġieled l-użu tagħha biex isservi ta’ għodda fil-kriminalità, b’mod partikolari b’rabta ma’ tixtrid ta’ materjal li juri abbuż sesswali ta’ minorenni.
Esperti fil-qasam teknoloġiku qegħdin jalludu wkoll kif dan l-arrest jaf ikollu implikazzjonijiet serji wkoll fuq l-isforzi Russi fil-gwerra fl-Ukrajna. Dan hekk kif, il-pjattaforma Telegram hija użata mill-forzi Russi filwaqt li hi regolata mill-Kremlin.
Il-Kanada se tintroduċi tarriffa ta’ mija fil-mija tal-valur fuq vetturi elettriċi importati miċ-Ċina.