Il-President Franċiż, Emmanuel Macron qal li għandu l-provi li l-gvern Sirjan attakka l-belt ta’ Douma b’armi kimiċi fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Dan filwaqt li qal li għad irid jiddeċiedi jekk jattakkawx lis-Sirja jew le.
L-istati tal-Punent huma maħsuba li qed jippreparaw għal attakki missilli b’rispons għall-allegat attakk.
Fir-Russja, l-alleat militari ewlieni tas-Sirja, il-kelliem tal-Kremlin Dmitry Peskov ħeġġeġ kontra kull pass li jista’ jwassal għal żieda fit-tensjonijiet.