Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħatar lil Michel Barnier bħala l-Prim Ministru tal-pajjiż.
Dan wara kważi xahrejn ta’ instabbilità biex jinstab Prim Ministru ġdid, wara l-elezzjonijiet bikrija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Barnier, li għandu 73 sena, kien in-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni, bejn l-2016 u l-2019.
Il-pass li jmiss huwa li jifforma Gvern u jkollu maġġoranza fil-Parlament Franċiż.