Il-President Franċiż Emmanuel Macron għamel l-aħħar messaġġ lill-poplu Franċiż qabel l-ewwel rawnd ta’ voti fl-Elezzjoni Presidenzjali tal-Ħadd.
F’dan il-messaġġ, Macron appella liż-żgħażagħ u lil dawk il-votanti progressivi.
Dan hekk kif skont l-aħħar stħarriġ is-sapport lejn il-kandidata tal-lemin estrem Marine Le Pen kompla jiżdied. F’dan l-istħarriġ, Marcon u Le Pen jinsabu kważi ras’imb ras.
Fl-Elezzjoni Presidenzjali ta’ għada hemm tnax-il kandidat, b’Macron u Le Pen mistennija jgħaddu għat-tieni u l-aħħar rawnd ta’ voti fl-24 ta’ April.