Il-President Franċiż Emmanuel Macron appella għal relazzjonijiet aktar b’saħħithom bejn Franza u l-Ġermanja, u qal li l-Ewropa għandha l-obbligu li ma tħallix lid-dinja taqa’ f’kaos.
Macron qal dan f’Berlin hekk kif kien mistieden għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-jum nazzjonali li jfakkar il-vittmi tal-gwerra.
Fl-istess diskors fil-Parlament Ġermaniż, appella biex il-pajjiż jappoġġja l-armata Ewropea biex din ma tibqax tiddependi wisq fuq l-Istati Uniti.