Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħalla s-summit tal-Kunsill Ewropew, li għalih qiegħed jattendi wkoll il-Prim Ministru Malti, Robert Abela, fid-dawl tat-tensjonijiet li hemm fi Franza.
Macron mistenni li jkollu laqgħat fid-dawl tal-kriżi mal-Ministri tieħu wara l-protesti vjolenti li ħakmu lil Franza għal dawn l-aħħar tliet iljieli. B’hekk il-President Franċiż kellu saħansitra jħassar konferenza li kien se jagħmel minn Brussel.
Dawn it-tensjonijiet bdew nhar it-Tlieta wara li pulizija spara u qatel żgħażugħ ta’ 17-il sena mill-Alġerija bl-isema ta’ Nahel, wara li dan falla milli jwaqqaf il-karozza skont l-ordnijiet tal-pulizija. L-uffiċċjal li qatel liż-żgħażugħ skuża ruħu mal-familja tal-vittma bl-avukat tiegħu jistqarr kif l-aggressur qiegħed iħossu devastat. Intant, il-kuntistabbli qiegħed ikun akkużat bi qtil volontarju.
Il-qtil ta’ Nahel żviluppa rabja fost il-poplu Franċiż b’mistoqsijiet iqumu dwar ir-razziżmu. Intant, diversi protesti vjolenti ma’ Franza kollha raw diveri karozzi jitqabbdu.
F’istanza minnhom iċ-ċentru akwatiku li qiegħed jinbena b’antiċipazzjoni għall-Olimpjadi 2024 li se jsiru f’Pariġi wkoll ġarrab xi ħsarat wara li tqabbdu xi vetturi tal-karozza tal-linja.