Waqt it-tmiem tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, it-Tnejn, il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li huwa favur li tinħoloq komunità politika Ewropea.
Intqal kif din il-komunità għandha jkollha fiha pajjiżi bħar-Renju Unit u l-Ukrajna, li mhumiex Stati membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-President Franċiż qal li l-Ukrajna għandha tkun parti mill-Unjoni Ewropea, iżda sabiex issir Stat membru tal-Unjoni għad baqa’ s-snin.
Macron qal kif din il-komunità li ma tkunx l-istess bħall-Unjoni Ewropea, tappella għall-pajjiż bħar-Renju Unit li ħalla l-Unjoni wara referendum fl-2016.