Il-President Franċiż, Emmanuel Macron se jkun qed jiltaqa’ ma mexxejja tal-partiti li jopponuh, wara li l-partit tiegħu tilef il-maġġoranza fil-parlament Franċiż fl-elezzjoni li seħħet fi tmiem il-ġimgħa.
L-għidud huma li l-mexxejja ta’ tnejn mill-akbar partiti Franċiżi m’humiex ħerqana biex jaħdmu flimkien mal-gvern tiegħu, u dan ifisser li sabiex ikun jista’ jgħaddi liġijiet ġodda, se jkollu jsib bilanċ bejn il-partit tiegħu u ż-żewġ partiti prinċipali Franċiżi tal-lemin u tax-xellug.
Din il-laqgħa qed issir fl-isfond ta’ biża li l-gvern ta’ Macron se jkun paralizzat għal dawn il-ħames snin li ġejjin, hekk kif b’nuqqas ta’ maġġoranza fil-parlament, hemm biża wkoll li Franza tkun ingovernabbli.
Dawn il-problemi għall-gvern ta’ Macron feġġu wara li fl-elezzjoni tal-kamra tar-rappreżentanti fi tmiem il-ġimgħa, il-partit ta’ Macron tilef il-maġġoranza fil-parlamnet Franċiż.