Il-President Franċiż Emmanuel Macron mistenni li jiltaqa’ mat-trejd unjonisti kif ukoll ma’ l-organizazzjonijiet ta’ min iħaddem bil-għan li tikkalma s-sitwazzjoni li ddominat f’Pariġi kif ukoll fi bliet oħra.
Dan ser iseħħ wara li erba’ ġimgħat ta’ protesti vjolenti kontra ż-żieda fit-tazzi tal-fjuwil u tal-għoli tal-ħajja fost l-oħrajn. Is-Sibt li għadda aktar minn mija sitta u tlettin elf dimostranti ddominaw it-toroq f’Pariġi. B’aktar minn elf u mitejn minnhom inżammu taħt il-kustodja tal-pulizija.
Pariġi ntlaqtet bl-ikrah; dan hekk kif id-dimostrazzjonijiet wasslu għal tkissir ta’ twieqi, ħruq ta’ karozzi u tkissir ta’ ħwienet. Il-Ministru tal-Finanzi fi Franza Bruno Le Maire ddeskriva s-sitwazjoni bħala waħda katastrofika għan-negozji u l-ekonomija.