Dan l-imbierek bezzun tal-AirMalta ma qalax kwistjonijiet biss fuq id-daqs tiegħu għalkemm kien meħtieġ biex jitnaqqsu l-ispejjeż, spiċċa f’polemika ħabba Simon Busuttil u dan mill-Oppożizzjoni.
Mela l-Kap tal-Oppożizzjoni ftit jiem wara li tela’ bħala Kap tal-PN, mar jiġri għand l-imprendituri biex iħallsulu l-pagi tas-Segretarju Ġenerali u tal-Kap Eżekuttiv. Għamilha hu biss u għamilha waħdu.
Għamilha meta kien jaf li qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti. Għamilha fl-istess ħin li kien wiċċ imb’wiċċ mal-Gvern jitkellem dwar il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti u kif se tkun imtejba. Għamilha fl-istess ħin li kien beda u għadu għaddej bil-kantiliena tal-Governanza, trasparenza u onestà politika.
Iżda aħna kien mingħalina li mar għand tad-DB biss. Konna qed naħsbu hekk għax ilna erba’ ġimgħat nistaqsu lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Iżda għaralna. Kien hemm żewġ kumpaniji.
Mill-2013 ġabar €600,000. U hawn l-ewwel gidba. Il-ġimgħa li għadda ċaħad kategorikament għall-mistoqsija jekk ġabarx €500,000. Illum huwa ċar li gideb.
It-tieni gibda li qal hija li dawn huma releazzjonijiet kummerċjali. Qal hekk minkejja li sħabu stess giddbuh.Giddbuh Mario DeMarco l-Viċi Kap tiegħu, Alex Perici Calascione t-Teżorier tal-PN u giddbuh tad-DB stess li sfidawh jgħidilhom fejn saru dawn ir-reklami.
Busuttil jinsab waħdu f’dan kollu. Dan huwa skandlu li jibda u jispiċċa miegħu.
X’reklami għandhom bżonn Sky Gourmet? Għax qed iqassmu bezzun? X’reklami għandhom bżonn tal-Healthcare Services? Għax iqassmu l-ikel fl-isptarijiet.
Il-verità hija li Simon Busuttil ma xebax bil-bezzun biss biex iħallsulu l-pagi u ried iduq l-ikel tal-isptar ukoll.
Jagħmel tajjeb li jibda jwieġeb.
Busuttil falz kollu.