Fl-istess jum li l-Partit Nazzjonalista ddedika parti mill-faċċata tal-gazzetta tiegħu għal Ana Gomes, l-istess Gomes kienet fuq gazzetta oħra tgħid li Adrian Delia għandu jitlaq minn Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Biex dan tefa’ f’paniku lill-Partit Nazzjonalista għax dik li tant nefħulha tant il-kredibbiltà spiċċat tattakka lilhom.
Riżultat ta’ dan bdew isiru dikjarazzjonijiet li ma jitwemmnux bħal li d-dikjarazzjonijiet ta’ Gomes huma spin minn Kastilja.
Psaila qal li “Illum kellna każ ta-MEP Ana Gomez li nirrispetta ħafna kemm kienet voċifera fuq issues ta’ korruzzjoni fil-konfront tal-gvern jidher li din l-MEP soċjalista waqgħet għall-ispin ta’ kastilja.”
Dan anke jekk Gomes ilha żmien twil miġġielda mal-Partit Laburista Malti. Snin ilu kienet bdiet kwistjoni għax il-Partit Laburista huwa kontra l-abort u llum tattakka lil pajjiżna fuq kulma jiġi quddiemha. Għalkemm fil-maġġoranza tad-drabi tispiċċa iżolata.
Bħal nhar is-Sibt li għadda meta f’kungress tas-Soċjalisti provat tfixkel lill-Prim ministru u minflok l-udjenza tat kasha nfexxet f’iktar ċapċip għal Joseph Muscat. Saħansitra l-Prim Ministru Portugiż għażel li jsemmi lil Muscat b’ismu għall-ħidma li qiegħed jagħmel.
Iżda, il-MUMENT ħasset li din ta’ Gomes kienet storja tal-faċċata. Sakemm inħasdu għax fil-faċċata tal-ILLUM Gomes kienet qed tgħid li Delia għandu jitlaq.
L-MEP Portugiża hija qrib ħafna tal-MEP David Casa u Frank Psaila ma qgħadx lura milli jitfalu battuta.
Qal li “Nies bħal Anna Gomes u oħrajn hi li aħna maqħqudin wara Adrian Delia u qed intuh l-appoġġ kollu tagħna.”
Fil-Partit Nazzjonalista bħalissa tirrenja konfużjoni sħiħa wara li ħarġet storja li Adrian Delia qiegħed fil-qalba ta’ investigazzjoni tal-pulizija. Dan mill-istess gazzetta u ġurnalist li abbażi ta’ rapporti oħra tagħhom Delia talab ir-riżenji ta’ uffiċjali tal-gvern.