L-eks Viċi Kap Nazzjonalista David Agius ftaħar li hu ħareġ kemm-il darba jiġġamja lin-nies fit-traffiku. Din id-dikjarazzjoni għamilha wara li ħareġ fil-beraħ kif il-midja Nazzjonalista laqgħet suġġeriment biex jiġi staġnat it-traffiku fil-pajjiż.
ĠURNALIST: “Ċempel fuq ir-radju tal-PN u qal li ssuġġerixxa li Malta għandhom joħorġu n-nies fit-toroq u jiġġamjaw it-traffiku apposta u l-preżentatur laqa’ dan is-suġġeriment ukoll, mhux ħsara, imma, din?!”
REKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLIDAVID AGIUS: “Ġieli għamiltha jien ukoll.”
Is-suġġeriment biex it-traffiku jitwaħħal apposta ntlaqa’ mill-preżentatur ta’ Radio 101, Simon Cassar, li wkoll jaħdem fl-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
PREŻENTATUR: “Eħe, qed jgħiduli hemm ħafna telefonati, imma ovvjament mhux se jirnexxielna ndaħħluhom kollha, aktar ma żżommu fil-qosor aktar aħjar. Insellmulek.”
SEMMIEGĦ: “Joe mis-Swatar. Ħa ngħidlek waħda, jiena nagħti parir li niġġamjaw it-traffic, għax dik darba għamilnieha l-Marsa u rnexxiet kienet. Bellahnihom meta żammejna t-traffic.”
PREŻENTATUR: “Grazzi Sinjur tas-suġġeriment tiegħek.”
Is-suġġeriment instema’ fi programm, li fih kien qed jieħu sehem ukoll is-Segretarju Ġenerali caretaker, Michael Piccinino, li mank almenu lissen kelma kontra dak li kien qed jingħad.
Dan meta hu wkoll magħruf kif ripetutament saru tentattivi viljakki mill-Partit Nazzjonalista biex jostakola kull żvilupp, inkluż mill-fergħa estremista tiegħu, waqt li ħadmu kontra Malta anke fil-fora Ewropej u internazzjonali biex ifixklu l-ħidma tal-Gvern Laburista.
Esponenti tal-PN ukoll jattakkaw kemm jistgħu lil kull minn ma jdoqqx il-qanpiena tagħhom biex jipprovaw jiksbu punti politiċi.
Fl-aħħar jiem, l-awditur qrib il-fergħa estremista Nazzjonalista, Godfrey Leone Ganado, li mhux l-ewwel darba għajjar lill-esponinenti Laburisti, stqarr li l-Membri Parlamentari Ewropej għandhom jaħdmu biex Malta titlef il-fondi Ewropej.
Ganado, li kien intefa’ barra l-Palazz ta’ San Anton meta l-‘Blue Heroes’ marru għand il-President biex iqaċċtu lil Adrian Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni, kiteb ukoll kontra pajjiżna u l-Partit Laburista.
Ganado kien ukoll l-istess persuna li kien saħansitra qal li jrid l-għaks u t-tallaba fit-toroq kollha ta’ pajjiżna bl-iskop aħħari li l-Partit Nazzjonalista jitla’ fil-Gvern.