Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika, javża li sakemm joħroġ avviż ieħor, mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ kif indikat:
Malta – Dog-Friendly Beach – Baħar iċ-Ċagħaq.
Tabelli li jindikaw dan l-għeluq twaħħlu fiż-żona.
Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8.00a.m sas-2.30p.m