Huma ħafna dawk in-nies li jbatu mill-irqad, iqumu f’nofs ta’ lejl jew iqumu kmieni bla bżonn. Tissejjaħ Insomnia. Hemm modi kif tibdel dawn ir-rutini:
1. Aħseb madwar nofs siegħa qabel torqod biex tikkalma mir-rutina tal-ġurnata u aqbad ktieb. Baxxi d–dwal tad-dar jew tal-kamra li tkun qed fiha, ħalli moħħok jipprepara ruħu li se ssir bidla. Tinsiex, il-moħħ huwa kollox f’ħajjitna.
2. Neħħi l-mobile minn idejk kif ukoll itlaq minn viċin kompjuter. Il-moħħ jibqa’ jhewden fuq dak li tkun ilek tagħmel għal ġurnata sħiħa.
3. Agħmel eżerċizzju ta’ nifs ‘il barra u ‘l ġewwa bil-kalma.
4. Jekk tkun diġa’ dħalt fis-sodda u tara li wara 20 minuta għadek ma rqadtx, inutli tinsisti miegħek innifsek għax tispiċċa timtela bin-nervi. Oħroġ mis-sodda, ħu tazza ilma, aħsel ftit wiċċek u erġa’ idħol fis-sodda. Is-sensazzjoni tkun qisek qomt għall-ġurnata speċjalment la tkun missejt l-ilma ma’ wiċċek, u x’jiġri hafna drabi? Kif isir il-ħin li tqum, jaqbdek in-ngħas, għalhekk b’dan il-ġest, tkun qabbadt in-ngħas lilek innifsek.
5. Prova qum dejjem fl-istess ħinijiet…hekk ġismek u moħħok jidraw sistema.
Waqt li qed taqra dan l-artiklu, ftakar li bħalek hawn ħafna. Tinkwetax iżżejjed. M’għandek xejn ta’ nkwiet kbir.