“Ma tistax titlef relazzjoni jew ħbiberija minħabba erba’ ġimgħat ta’ kampanja elettorali,” qalu dan Jason u Stephanie Deguara. Koppja li ġiet intervistata minn The People of Malta.
Huma qalu li “ilna 19-il sena flimkien u aħna t-tnejn akkaniti fuq il-politika. Ma naqblux flimkien politikament. Konna nafu li aħna ż-żewġ estremi imma qatt ma kienet problema. Qabel kull elezzjoni naqblu bejnietna li għall-ġid tal-familja d-dar ma nitkellmux fuq politika. Avolja bħalissa ma tantx inkunu d-dar, għax nattendu l-attivitajiet tal-partiti taħt it-tined. Il-Ħadd, l-għada tal-elezzjoni, ġa ftehimna bejnietna li min jitlef se jżomm it-tifel u l-ieħor joħroġ jiċċelebra.”
Sosntew kif “ħafna jsaqsuna kif jirnexxilna ngħixu flimkien. Il-familja tiġi qabel il-politika għalkemm it-tnejn għandna għal qalbna l-partit. Fl-aħħar mill-aħħar fil-5 ta’ Ġunju, jiġri x’jiġri, jirbaħ min jirbaħ se nqumu bħala familja waħda u pajjiż wieħed. Naħdmu flimkien kollha kemm aħna.”
Ritratt: The People of Malta