L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li s-sedja ma tistax tagħti rimedji kif talab il-whip tal-Oppożizzjoni David Agius dwar artiklu li deher fil-blog glenbedingfield.com bit-titlu “L-Oppożizzjoni ma tridx tipperja lil Louis Grech” fl-24 ta’ Mejju. Aktar qabel Farrugia qal li l-artiklu deher qabel ma beda d-dibattitu li fih tqajjem l-ilment.
Huwa nnota li fis-seduta tal-24 ta’ Mejju stess, ġie verbalizzat b’mod ċar li kemm il-gvern kif ukoll l-oppożizzjoni se jkunu qed jipperjaw f’kull okkażżjoni lil dak id-deputat jew deputati li jkunu assenti minħabba raġuni ta’ saħħa.
Huwa għalhekk ordna li kopja tat-traskrizzjoni tal-interventi li matul ġie verbalizzat il-ftehim dwar il-pairing jintbagħat lil min jieħu ħsieb il-blogg biex jiġi rrapurtat b’mod fidil u b’mod preċiż.
Sakemm inkiteb l-artiklu, il-whip tal-gvern Godfrey Farrugia ma kienx irċieva tweġiba għal talba li għamel lil David Agius biex jiġi pperjat id-deputat prim ministru. Oltrè minn hekk, fil-laqgħa tal-Kumitat għax-Xogħol tal-kamra kien intqal mill-Oppożizzjoni li ma kienx hemm qbil dwar is-seduti, allura ma kien hemm qbil fuq xejn.